Overview for Articles

  • X'JISWIELEK?

    X'JISWIELEK...aħseb ftit...

  • Talba ta' Protezzjoni u ta' Konsaggrazzjoni

    Jekk inti xi darba kont maqbud f'xi okkult, f'xi ċirku sataniku jew qatt attendejt għand xi 'medium', clairvojant jew psychic u intbaħt li ġejt maqbud f'xi nasba tax-xitan għid din it-talba minn qalbek u ibda ħajja ġdida billi ssegwi lil Mulej Ġesu minn qalbek u OBDI lil Mulej li ħabbek b'imħabba bla qies billi żżomm il-kmandamenti tiegħu,(Ġwanni 14:14-15) aqra ta' kulljum il-Bibbja u itlob u 'tkellem miegħu fit-talb.

    Attendi River of Love Christian Fellowship (jew xi post bħal River of Love) biex tikber f'l-għarfien u l-qawwa ta' Kristu u l-Ispirtu s-Santu. Din hija importanti ħafna!

  • MAGĦMUDIJA TA' L-ILMA!

    Meta naqraw l-Iskrittura, nindunaw li jissemmew diversi tipi ta' magħmudiji (Lhud 6:1-2).

    Millinqas naraw tlieta (3) ta' importanza kbira għal fidi Kristjana;

    1. Il-Magħmudija fi Kristu jew fil-Ġisem ta' Kristu (1 Korintin 12:12-20, Galatin 3:26-28).

    2. Il-Magħmudija ta' l-Ispirtu s-Santu,(Atti 1:4-5 eċċ) u

    3. Il-Magħmudija ta' l-Ilma (Ġwanni 4:1-2, Atti 2:41 eċċ).

  • Ġodda Fi Kristu

    Ħafna nies, meta permezz tal-grazzja t'Alla jiġu salvati u jduru lejn Alla permezz ta' Ġesu Kristu, ma jirrealizzawx x'miraklu kbir ikun għadu kif ġara f'ħajjithom. Ftit li xejn jirrealizzaw tassew x'wirt kbir ikunu għadhom kif wirtu spiritwalment fil-ħajja tagħhom. Dan jiġri l-mument li jkunu għadhom kif twieldu mill-ġdid (Ġwanni 3:1-8).

    Jekk tinnota sew l-iskrittura Mqaddsa tgħidilna li meta naċċettaw lil Kristu Ġesu bħala Sidna u s-Salvatur tagħna, aħna minn ġewwa ma nibqawx iktar dik l-istess persuna li konna ftit mumenti qabel. Infatti issa sirna kreatura ġdida, imwieldin mill-ġdid, sirna persuni ġodda spiritwalment (2 Korintin 5:17-18).

    Ejja ngħatu ħarsa lejn il-Kelma t'Alla:

  • L-Importanza tal-Bibbja

    "Jekk is-sisien jinqalbu, il-bniedem ġust x'jista' jagħmel?" Salm 11:3.

    L-għan tal-Mulej Alla huwa li aħna nsiru tassew nafuħ b'mod personali fil-ħajja tagħna. Nistgħu nigħdu li lil Alla nistgħu nitgħallmu ħafna fuqu permezz tan-natura u l-ħolqien tiegħu, minn xi esperjenzi li nistgħu ngħaddu minnhom (Ara Rumani 1:20-23).

  • Il-Għala Ġesu?

    Minn daqs tant nies u ismijiet fl-istorja tal-bniedem, il-għala Ġesu?

    Il-Mulej, fil-grazzja li wera miegħi, tagħni l-opportunita li nivjaġġa madwar id-dinja nxandar il-bxara t-tajba ta' l-evanġelju ma għeluf ta' nies.