Ġesu huwa kemm bniedem u kemm ukoll Alla. Minħabba f'hekk m'hemm ħadd li jista joħodlu postu jew li jagħmel dak kollu li jagħmel Hu. Fil-kultura li nigħxu llum nisimgħu ħafna jigħdu li "hemm ħafna' modi kif wieħed jista jasal għand Alla. Dan veru? Le! Din hija gidba serja quddiem Alla

YHWH! Huwa tajjeb li aħna nħarsu lejn Ġesu nnifsu u naraw xi jgħid Hu stess (mhux x'jgħid il-bniedem). Il-Bibbja hija dejjem ir-risposta tagħna u kull opinjoni oħra taqa u tisfaxxa fix-xejn ħdejn dak li jigħdilna l-Mulej. Ġesu b'mod l-iktar ċar jigħdilna li m'hemm ebda triq oħra b'lima aħna nistgħu niġu għand Alla

Ejja naraw flimkien il-Kelma mqaddsa.

Wieġbu Ġesu: "Jiena hu t-Triq, il-Verita u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi...Ġwanni 14:6.

B'l-ingliż tgħid hekk, The Way, The Truth and The Life . No one goes to The Father excpect through Me.

Not just "a way' He is The Way and The Truth!

Jidher b'l-iktar mod ċar li apparti Ġesu Kristu m'hemm l-ebda persuna oħra li qatt għexet f'din id-dinja li tista twassalna għand Alla. Twassalna għand Alla f'hiex u għal liema raġuni? Għat-talb biss, jew għas-salvazzjoni biss? Għal kollox! Jekk aħna rridu li niġgħu salvati u milqgħua minn Alla billfors irridu nagħaddu minn Ibnu Ġesu Kristu. Issa, aħna li ersaqna lejn Kristu, hemm bżonn li nkomplu nimxu fuqu. Ħafna jigħdulek li hemm xi medjaturi oħrajn, bħal xi qaddisin jew Maria omm Ġesu Kristu. Pero dan veru? L-ewwelnett imkien fil-Bibbja ma nsibu li Maria jew xi qaddis qalilna biex nitolbu lilhom. Anzi pjuttost ħafna bil-kontra. Għalkemm għandna ħafna x'nitgħallmu mill-ħajja ta' Maria u l-qaddisin u nemmnu fihom, pero kull min irid ikun tassew fidil lejn Kristu Sidu, naraw li kemm Maria u l-Appostli u d-dixxipli jgħidulna biex immorru direttament għand Ġesu Kristu. Ejjew naraw flimkien x'tgħidilna fil-Kelma t'Alla.

Maria tgħidilna biex immorru dirett għand Ġesu

Jekk fil-Bibbja tissemma mara ta' min jimxi fuq l-eżempju tagħha hija żgur Maria, l-omm għażiża ta' Ġesu Kristu. Alla l-Missier Etern sejħilha u qadet għar rieda tal-Missier biex tkun omm Ġesu ta' Nażaret (Luqa 1:26-38). Għalhekk hi stess ma ħafna oħrajn tgħidilna biex imorru dirett għand Ġesu'. Hi stess mal-qaddsin kollha tgħidilna li aħna għandna nduru b'qalbna kollha lejn Ġesu Kristu, l-uniku Salvatur ta' ruħna. Lil-Maria nistgħu nsejħula l-ewwel Kristjana li mxiet wara Kristu għax Hi infatti kienet l-ewwel waħda li laqatu bħala Sida u s-Salvatur tagħha. F'l-Iskrittura, fil-Bibbja, narawha togħlli leħina u tfaħħar lill-Mulej bħal ma għamel Il-Missier Etern. Hi wkoll għolliet lill-Mulej u tagħat qima u glorja lilu fuq kollox u fuq kulħadd, inkluz, fuqha innifisa! Eżempju ta' min isegwih! Saħansitra fit-tieġ ta' Kana hi b'l-istess atitudini qalet lil qaddejja, Għamlu kull ma jigħdilkom.

Kważi kważi hawnhekk qiegħdin naraw l-istess kliem tal-Missier li nstemhu fuq il-muntanja tat-trasfigurazzjoni irrepetut, fejn qal, Isimhu Lilu (Lil Ġesu).

llum ukoll hi tgħidilna bħala qaddejja u dixxipli ta' Ġesu': Agħmlu kull ma jigħidilkom Hu...Ġwanni 2:5.

Kliem Ġesu stess: Huwa u jgħid dan, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt! Iżda Ġesu' qalilha: Imma tassew nigħdlek, aktar ħienja dawk li jisimgħu l-Kelma ta' Alla u jħarsuha! Luqa 11:27-28.

L-Appostli jgħidulna biex immorru dirett għand Ġesu.

L-Epistoli ta San Pawl, San Ġwann, San Pietru, San Ġuda u l-Atti ta' l-Appostli huma kollha mimlijien b'tagħlim li min jaqraħ u jsegwieħ ma jista jispiċċa imkien ieħor ħlief dirett fi ħdan Ġesu Kristu, L-Iben t'Alla l-ħaj! Jekk il-Kelma t'Alla tinqara bin-nifs-ispirazzjoni ta' l-Ispirtu s-Santu mal-ewwel wieħed jinduna li dawn l-Appostli u Dixxipli kienu kollha ikkonsmati fi Kristu u qatt ma fiċċew li jieħdu xi attenzjoni jew glorja huma għalihom infushom imma li dejjem jippuntaw lil dawk kredenti lejn Ġesu Kristu li permezz tiegħu huma kienu ġew salvati u maħsulin f'demmu (Ara Atti 14:13-15, Revelazzjoni 1:5). Il-Ministeru tagħhom kien dejjem li aħna nitġabbu m'Alla l-Missier permezz ta' Kristu Ġesu (2 Korintin 5:16-21) u l-ħidma ta' l-Ispirtu s-Santu. Aqra Atti 14:8-18:

X'jigħdilna San Pawl l-Appostlu: San Pawl, li aħna l-Maltin għandna l-unur ngħidu li ġie fi gżiritna ħallilna wirt kbir fejn aħna nkunu nafu sewwa dak li hu stess ġie jippritkalna u x'tip ta' messaġġ ħallilna. San Pawl kiteb il-maġġoranza ta' l-ittri jew kif ħafna jsejħulhom, Epistoli, li jinsabu fil-Bibbja. Ta' min, bħala Maltin veru niskopru x'inhu dan il-messaġġ li ġie fi xtutna ma l-Għelfejn sena ilu! Meta in-nies ta' Listra raw il-mirakli li Alla għamel permezz tagħhom, dawn bdew iġibhulhom l-offerti u bdew ifaħħruhom u malli semgħu b'dan, l-appostli Barnaba u Pawlu ċarrtu lbieshom, resqu malajr lejn il-ġemgħa, u bdew jgħajjtu u jgħidu: ħbieb, hemm x'intom tagħmlu? Aħna wkoll bnedmin, ngħixu nħossu bħalkom, bnedmin li ġejna nħabbrulkom l-Evanġelju biex tħallu dawn l-idoli fiergħa u dduru lejn Alla l-ħaj, li għamel is-sema u l-art u l-baħar u kull ma fihom...Atti 14:8-20.

Għax wieħed Hu Alla, u wieħed Hu l-medjatur bejn Alla u l-bniedem, il-Bniedem Kristu Ġesu...1 Timotju 2:5. (Kemm tista tkun iktar ċar minn hekk? Tassew li xi wħud ma' jridux dak li hu ċar u verita, anke meta il-verita hija daqshekk ovja!)

Issa li aħna ġġustifikati bil-fidi, għandna s-Sliem ma' Alla permezz ta' Sidna Ġesu Kristu....Rumani 5:1.

Kristu Ġesu li miet, jew aħjar, li qam mill-imwiet, jinsab fuq il-lemin ta' Alla, Hu li jidħol għalina...Rumani 8:34.

Kristu Ġesu huwa il fuq minn kull Saltna u Setgħa, minn kull Qawwa u Ħakma,'il fuq minn kull isem li jissemma, mhux biss għaż-żmien ta' issa, imma wkoll għal li ġej. Iva, qiegħed kollox taħt riġlejh,u għamlu Ras fuq il-Knisja kollha, li hi Ġismu(il-kristjani kollha ta' madwar id-dinja kollha u ta' kull żmien), il-milja ta' dak li jimla kollox f'kollox....Efesin 1:21-22.

San Pietru l-Appostlu jippuntana għand Kristu: L-Appostlu San Pietru li kien wieħed mill-mexxejja tal-knisja Kristjana tal-bidu, kien dejjem jippridka lil Kristu u s-salvazzjoni permezz tieg]u. Il-messaġġi tiegħu kienu dejjem li dawk kollha li jirċievu L-Fidi, għandhom dejjem imorru dirett għand Alla "l-Missier permezz ta' Ġesu Kristu u jgħatu qima u glorja dejjem Lilu.

X'ħin daħal Pietru, Kornelju mar jilqgħu u ntefa' f'riġlejh jagħtih qima. Imma Pietru qajjmu u qallu: "Qum. Jien bniedem ukoll...Atti 10: 25-26.

Ersqu, mela, lejh, li Hu dik il-ġebla ħajja li kienet imwarrba mill-bennejja, imma magħżula minn Alla bħala ġebla għażiża...1 Pietru 2:4.

Aħna ma konniex qegħdin nibnu fuq ħrejjef maħluqa minn moħħna meta għarrafnielkom dwar il-qawwa ta' Sidna Ġesu Kristu u dwar il-miġja tiegħu. Rajna b'għajnejna aħna stess il-kobor tiegħu meta hu ħa mingħand Alla l-Missier ġieħ u sebħ, u leħen mit-Tron Glorjuż instema' jgħid għalih: Dan Hu Ibni, l-għażiż tiegħi, Ii bih Jien nitaxxaq...2 Pietru 1:16.

Ikbru fil-grazzja u fl-għarfien ta' Sidna u s-Salvatur tagħna Ġesu Kristu. Lilu glorja issa u għal dejjem...2 Pietru 3:18.

San Ġwann l-Appostlu jippuntant għand Ġesu: Bla dubju ix-xiegħda ta' San Ġwann kienet u dejjem tibqa li kull min jaqra il-Kelma t'Alla jersaq lejn Ġesu Kristu u li jkun jafuh wkoll bħala Alla sidhom. Dan it-tielet persuna li qiegħedin naraw ukoll ta' x-xiegħda tiegħu biex kull min isejjaħ lilu nnifsu Kristjan dejjem jgħati glorja u qima lil Ġesu. L-appostlu San Ġwann hu ta' sikwiet meqjus "dak li Ġesu kien iħobb' (Ġwanni 21:20).

Qegħdin inxandrulkom dak li aħna rajan u smajna, biex intom tissiebħu magħna, u l-għaqda tagħna tkun mal-Missier u ma' Ibnu Ġesu' Kristu...1 Ġwanni 1:3.

Uliedi, dan qiegħed niktibhulkom biex ma tidinbux; imma jekk xi ħadd jidneb, aħna għandna Difensur quddiem il-Missier, lil Ġesu' Kristu, il-ġust....1 Ġwanni 2:1.

L-Ispirtu s-Santu jressaqna lejn Ġesu Kristu. Jekk hemm persuna li l-poplu t'Alla jrid isir jaf iktar Huwa żgur l-Ispirtu s-Santu. Il-Persuna ta' l-Ispirtu s-Santu hija peruna qaddisa u għalhekk aħna nsejħulu "Santu', iġifieri qaddis. Dan Hu dak li bħal Missier u Ġesu kien involut fil-kreazzjoni tad-dinja (Ġenesi 1:2). Xi ħaġa ta' l-għaġeb ukoll hi, li l-Ispirtu s-Santu qatt ma jiġi jieħu Hu l-qima u "l-glorja. Il-glorja dejjem jagħatiha lill-Mulej Ġesu! Jekk tassew tħalli lilu jmexxik, Hu ħa jmexxik fi ħdan "l-Għarus tal-Knisja', Ġesu Kristu! (Ġwanni 16:14, Apokalissi 22:17) L-Ispirtu s-Santu Hu dak il-Presuna għażiża li Ġesu ħallilna wara li Hu kien tela fis-smewwiet ħdejn Il-Missier. (Ġwanni 16:5-13). Hu dejjem jagħti glorja biss lil isem ta' Ġesu u ebda isem ieħor. Għalina, Hu jrid li Ġesu jkun mhux biss l-ewwel wieħed li nitolbu u naduraw, imma l-uniku wieħed! Jekk hemm xi ħadd li żgur nistgħu nafdaw fuqu, Huwa L-Ispirtu s-Santu, għax Huwa l-Ispirtu tal-Verita. (Ġwanni 14:15-17). Ġesu qalilna lil min kien se jibgħatilna warajh,u dan huwa bla dubju il-Persuna ta' l-Ispirtu s-Santu. Li kieku kien hemm xi isem ieħor kien jgħidilna u żgur ma kienx iħallina fil-għama, speċjalment peress li Hu stess kien ġie biex ibagħati u jmut għalina! Ġesu jridek għalih kompletament u totalment! Hu jrid ukoll ikun tiegħek is-Salvatur u "l-maħbub, totalment u kompletament!

Ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom meta jiġi Hu, l-Ispirtu tal-verita, iwassalkom għall-verita kollha (Jien Hu l-Verita: Ġwanni 14:6); għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma, u jħabbrilkom il-ġejjieni. Hu jagħtini glorja (Jagħati glorja Lili), għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom....Ġwanni 16:7-15.

Mela Ġesu huwa s-Salvatur, Il-Medjatur, Id-Difensur, L-Interċessur, L-Avukat, tagħna. Huwa wkoll dak li jidħol għalina qedddiem Alla kontinwament. Huwa biss għandu s-setgħa jaħfrilna dnubietna. Huwa dak li jfejjaqna mil-mard u l-uġieh tagħna u ħafna affarijiet oħra. Għalhekk ikun żbaljat li aħna nagħu titlu ta' medjatur (jew medjatriċi) lil xi isem ieħor għax Ġesu biss huwa l-Medjatur tagħna, bejn Alla u aħna. Ġesu huwa l-uniku wieħed li jidħol għalina quddiem Alla u ħadd ieħor, u dan importanti li nifmuħ iktar u iktar għax skond il-pjan t'Alla stess, kemm fit-Testment il-Qadim u t-Testment il-Ġdid, Alla tant Hu Qaddis li kull min qatt resaq lejh, ġie biss aċċettat, għaliex kien hemm id-demm tal-ħaruf li wittielu/lha triqtu lejn Alla, għax fuq dan il-mod BISS seta qatt bniedem jiġi aċċettat quddiem Alla. Issa għidli int min Hu dak l-Uniku bniedem li jissejjaħ Il-Ħaruf t'Alla li permezz tiegħu biss stajna nidru quddiem Alla mingħajr dnub...li jneħħilna dnubietna minn quddiem għajnejn Alla???

Huwa xi qaddis jew xi qaddisa (li wara kollox huma stess kellom bżonn id-demm tal-Ħaruf?). Setgħet tkun Maria li tidħol għalina quddiem Alla meta anke hi stess kienet bniedma bħalna? Maria qatt setgħet ixxered demma għalina quddiem Alla? Le, Ġesu biss seta jagħmlu dan għax Hu biss kien 100% uman u fl-istess ħin 100% Alla divin!

Għalhekk għażiż ħabib li Alla jgħidilna li permezz ta' Ġesu biss Hu jaċċettana fil-presenza tiegħu, jisma talbna u Hu jibqa għal dejjem u tul l-eternita L-UNIKU medjatur bejn Alla Qaddis u Perfett u aħna bnedmin midinba u suġġetti għad-dnub! (Ara 1 Timotju 2:5 u Lhud 3:1-3, Lhud 4:14, Lhud 7:25 eċċ)

Huwa l-uniku avukat tagħna quddiem Alla.

Ix-xitan irid iniġġess il-messaġġ tal-vanġelu u dan jagħmlu għax ħafna ma jimxux mal-Kelma t'Alla.

Ġesu biss jista jkun kullimkien f'daqqa waħda - Omnipresenti.

Ġesu biss jaf kollox - Omnixxjenti.

Ġesu biss jista kollox - Omnipotenti.

Ejjew noqogħdu attenti ħalli ma niġgħux imqarrqa mix-xitan b'dak li hu gidba, għax jekk wieħed ma jkunx jaf lil Kristu u midħla sew tal-Kelma t'Alla, ma jindunax-għalhekk jissejjaħ 'qerq' għax mhux ovju u ħafna huma fil-periklu li jemmnu l-gideb li jkun ġej mill-bniedem u/jew ix-Xitan! Ħadd ħlief Ġesu Kristu ma jista jidħol għalina quddiem Alla għax Ġesu biss xerred demmu għalina biex quddiem Alla aħna nidhru mnaddfa permezz ta demmu qaddis u pur! (Ara Apokalissi 1:5, Apokalissi 5:9 eċċ)

Fl-aħħarnet, żomm din f'moħħok; Li kieku kien hemm xi persuna oħra li Ġesu kien se jibgħatilna warajh biex tkun medjatriċi jew medjatur minfloku, kieku tista tibqa żgur li għax tant iħobbna, ma kienx iħallina fil-għama u kien iwissina biex nkunu nafu...wara kollox hu stess qalilna fi Ġwanni 15 li kull ħaġa li urieħ Il-Missier Etern Hu arrafulna! U infatti hekk għamel. Warajh hu qalilna li ħa jibgħatilna lil Ispirtu s-Santu u lil ĦADD ieħor! (Aqra Ġwanni 16).

Alla L-Missier, Ġesu Kristu, l-Ispirtu s-Santu, Maria (tal-Bibbja), Il-qaddisin, L-Appostli kollha u d-dixxipli kollha, jaqblu li ĠESU HU L-UNIKU MEDJATUR. Dan ifisser li kull min jippridka kontra u differenti qiegħed jitqarraq bin-nies u hu nnifsu mqarraq għax ma ħabbx il-verita biex isalva permezz tagħha.

Il-Ħażin għad jiġi bil-qawwa tax-Xitan, u jagħmel kull xort ta' mirakli u sinjali u għeġubijiet foloz, u jinqeda b'kull xorta ta' qerq u ħażen fuq dawk li huma kkundannati għal-qerda għax ma ħabbewx u ma laqgħux il-verita biex isalvaw. Għalhekk Alla qed jibagħtilhom kontrihom qawwa qarrieqa biex jemmnu l-gideb, ħalli b'hekk dawk kollha li ma jemmnux il-verita imma jogħġobhom il-ħażen, ikunu kkundannati"...2 Tessalonkin 2:9-10.

Category: Articles