Mulej nitolbok biex inti tpoġġi ġo ħafna qlub biex jitolbu għal familja ta' Karl ħalli bħal ma użajt lil Karl biex anke fuq xogħlu jiġi użat minnek, hekk ukoll dawn kollha li jafuh, ukoll iħalluk tużhom għal glorja tiegħek u permezz ta' ħajjithom u x-xiehda tagħhom għalik, iressqu ħafna lejk Mulej, filwaqt li huma stess ikomplu jersqu lejk u jsibu l-imħabba infinita tiegħek.

Aħfrilna Mulej għax mid-dehra dan il-pajjiz li int tant tħobb, li saħansitra bagħtilna wieħed mill-aqwa qaddejja tieghek-San Pawl, għadu ma 'tgħallimx li int m'intix l-awtur tal-mewt u tal-mard u d-diżgrazzji, għax minn ħafna artikli li qrajt 'with good intention' kważi kważi iwaħħlu fik, li qtiltu int għax ħafna qiegħdin jgħidu li int għogbok tieħdu lil Karl, tħallih b'mara u tfal li għadu jrabbi warajħ għax int tħobbu! Ma tagħmilx sens hux Mulej! Pero dawk li jafuk b'mod personali u intimu, kollha jafu li inti m'intix qattiel u ħalliel, pero f'pajjizna li ħafna jiddubitaw jekk hemmx iktar minn 10% li jaqraw il-Kelma Mqaddsa tiegħek, tidher qisu li tort tiegħek Dr.Karl miet, għax ħafna qiegħdin jgħidu li int ħadtu, li int qtajtu bħal fjura mill-ġnien tiegħek, (bħallikieku m'għandekx fjuri biżżejjed fil-ġenna). Kważi kważi qiegħdin ipenġuk bħala wieħed veru abbużiv mill-poter u qawwa tiegħek. Jiddispjaċini u qalbi titnikket, għax jien kont onorat f'din il-ħajja, għax kemm il-darba urejt lilek innifsek miegħi, li inti Mulej mimli tjieba u mħabba u dejjem lest li timla lil dawk li jimxu warajk b'kull don tajjeb (Ġakbu 1;17, Mattew 7:11)!

Sa llum il-maġġoranza għadhom ma jafux u ħadd ma għadu għallimhom,(Hosea 4:6)li x-xitan hu l-awtur tal-mard, dizgrazzji, u mewt, u mhux Int Mulej! (Luke 13:16, Gwanni10:10, Atti10:38, 1Pietru 5:8, Apokalissi2:10...ETC). Int Mulej Gesu, L-Awtur tal-Ħajja!

Ġo Malta ftit huma dawk li tassew jafu li din id-dinja waslet fl-aħħar żmien tagħha, u li sa ma qabel terġa tiġi lura Int f'din id-dinja, d-dinja għada taħt il-qawwa u l-influenza tax-xitan li l-Kelma tiegħek issejjaħlu 'l-alla' ta din id-dinja [temporanjament]. (Mattew8:29, 1Gwanni5:19, 2Korintin4:3-4, Luqa4:6, Genesi1-3) u li Int m'intix `l Alla ta' din id-dinja s'issa!

Mulej f'dan iż-żmien ta' dizgrazzja, libbes bl-imħabba u l-grazzja tiegħek lill-familja ta' Karl u dawk kollha li kellhom lilu għażiż f'qalbhom u qabbadhom lkoll guħ u għatx għalik ħalli jsiru jafu b'mod personal lil awtur tal-ħajja u mħabba u fejqan Ġesu' Kristu. Aħfrilna ta' kemm il-darba ħadniha kontrik u waħħalna fik avolja int ma kellek xejn x'taqsam. Mulej inħobbok minn qalbi, u uża dan iż-żmien biex xi ħaġa tajba toħroġ minnu u bħal ma tgħidilna fil-Kelma tiegħek,'dak li x-xitan ipprova jagħmel għad-deni, dawwru għal ġid għal glorja tiegħek f'Malta u Għawdex biex f'dan iż-żmien ta' dlam toħroġ rebbieħa l-Għarfien tal-glorja tal-Mulej! (Habbakkuk 2:14, 2 Korintin 4:4, Isaija 60:1-3).

Kliem Kristu nnifsu,"Il-ħalliel ma jidħolx jekk mhux biex jisraq u joqtol u jeqred. Jiena ġejt biex ikollkhom il-ħajja u l-ħajja bil-kotra" Gwanni 10:10.

"Mela jekk intom, nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar Missierkom li Hu fis-smewwiet jagħti ħwejjeġ tajba lil min jitlobhomlu?" Mattew 7:11.

Fost l-anqas tal-qaddejja tiegħek,
Missjunarju/Evangelist, Gordon-John Manche'

Gordon-John Manche' jipprezenta program televiżiv popolari fuq Smash TV, li jismu "Ħabbejtek", kull nhar ta' Tnejn u Ġimgha fis-7.30pm sa 8.30pm.(Repetizzjoni kull nhar ta' Ħadd fil 5pm).

Category: Testimonies - Tags: malti, maltese