Għeżież aħwa Maltin u Għawdxin ta’ rieda tajba!

Wara l-artiklu li deher fuq il-media fuq rigward ta’ Johnny Żammit, nixtieq niċċara xi punti għal min iħobb il-Verita’ u s-sewwa.

Ħafna drabi, jiddispjċini ngħid, li meta fil-passat irrispondejt nies li għandhom aġenda liberali militanti - indunajt li fil-maġġoranza tad-drabi kien għalxejn, għax xorta kitbu dak li riedu huma – u dawwru kollox mili nkun għedtilhom. La f’l-esperjenza tiegħi sibt ħafna nuqqas ta integrita f’ċertu media u kulħadd ixandar li jrid, – avolja kulħadd jrid xi darba mhux fil-bogħod jidher quddiem Alla. Kulħadd għad irid jgħati rendikont tal-gideb u ħmieġ li dawwru u skandaliżżaw ruxmata erwieh! (Rumani 14: 10).

Iva stajt nirrispondi imma f'l-esperjenza tiegħi ma FAKE MEDIA inutli. FAKE għax Johnny Zammit waqt li kien jattendi River of Love - QATT - b'l-ebda mod ma kellu xi rwol li kien jirraprezenta RIVER OF LOVE.

Infatti Johnny Zammit kien biss jattendi River of Love u ma kienx vdat f'xi ministeru li jgħin lin-nies – jippridka l-Kelma t’Alla, bħal ma ngħidu aħna xi rwol Pastorali jew mexxej, u meta ġie fuq Habbejtek ġie jitkellem fuq IL-MULEJ mhux fuq River of Love.

Iva dak li għamel Johnny Zammit huwa kundannabli quddiem Alla u quddiem dak li huwa sew, sagħan u qaddis. Id-dnub jgħamlu min jgħamlu huwa ħażin u l-fatt li hu stess ammetta dan l-għaġir - m'għandniex kliem ieħor xi nżidu.

J'Alla li kull min qatt jgħamel dan id-dnub abborenti jindem għax barra li iva jista jmur il-ħabs - pero jekk bniedem ma jindimx minn dan it-tip ta għaġir - mhux biss il-ħabs imur imma dritt f'l-abbissi ta l-infern.

Kulħadd jiżbalja u ċertu dnubiet ngħamluhom għax aħna bnedmin u dgħajfa imma li tkun qed tagħmel għaġir li jirrekjedi pre-meditazzjoni u ippjanar. Bħal per.eżempju rape, abbuż tat-tfal, adulteru pre-meditat, qtil, tferi persuna b'xi arma tan-nar, vendikazzjonijiet etc..dan mhux biss dnub imma forma ta’ ribelljoni u sinjal li dik il-qalb tkun waslet biex tkun maqtuha minn Alla u mdallma u maħtufa mix-xitan. (2Timotju 2: 25-26).

Intom lkoll u Malta kollha taf - għal min huwa ta' l-affari tiegħu li jiena u ħafna minnkom kontu dejjem minn ta’ quddiem favur il-protezzjoni tat-tfal innoċenti u nibqgħu hekk dejjem - bis-saħħa u l-grazzja tal-Mulej.

Johnny Żammit żbalja imma jekk jindem, jitlob maħfra lil Alla u lil min weġġgħa - dnubietu jinħafrulu. (Mattew 6: 9-15, Mattew 5: 23-26)Anzi nammira fih li kellu l-kuraġġ jammetti għax hemm ħafna nies li abbużaw lit-tfal innoċenti u qatt ma għammettew. Ir-Reliġjon ta' Ruma miżgħuda b'dawn li suppost jissejħu mexxejja religjużi li għabbużaw għeluf kbar ta’ tfal - u minnflok li ħadu dak li ħa Johnny Żammit - ġew ittrasferiti f'parroċċi oħra bħal ma ġbajna nisimgħu. Jgħamel ħaqq il-Mulej. Maħfra hija offruta minn Għand il-Mulej lil kulħadd, imma BISS buq bażi ta’ indiema vera!

Nerġa nalludi li Johnny Żammit żbalja u hemm maħfra għalih JEKK jindem - u jien naħseb li nidem minn kif smajt, u għalhekk kellu kuraġġ jaċċetta din is-sentenza.

Pero ftakkru u jekk isaqsukom personalment għidulhom - li Johnny Zammit ma kienx leader fi ħdan River of Love u lanqas ma kien jitkellem għan- nom ta’ River of Love. Għalkemm dan l-aħħar naqas ħafna f’l-attendenza tiegħu u konna ilna ma narawh. Kien proxxmu li għamel żmien jattendi il-Komunita' u meta deher fuq Ħabbejtek - ma tkellimx għal River of Love - imma għal x'għamel miegħu il-Mulej u dak li għamel VERU GĦAMLU - u jekk Johnny żbalja ma jbiddel xejn minn naħa ta x'għamel il-Mulej miegħu fil-ħniena tiegħu.

Itolbu għalih u għal dawk it-tfal li ġew abbużati minnu u aħfrulu intom lkoll jekk weġġgħakom u 'ddiżappuntakom imma żommu dejjem f'moħħkom li d-dnub ta' dan ir-raġel ma jikkoundannaħx iktar minn kwalinkwe dnub ieħor li ħafna suppost Insara + jgħamlu u jittoleraw f'ħajjithom, bħal per.eż: adulteru, żina (sess barra ż-żwieġ - tgħamlu ma min tgħamlu; raġel jew mara) gideb, għira, korla, nuqqas ta' maħfra, logħob ta l-ażżard, sokor, għazz, droga, taqra x-xorti, ribelljoni, gossip & slander, tqasqis u qlajja etc - dan kollu kundannabbli quddiem Alla u min jixteiq tassew isalva - jaqbel lilu jindem issa qabel għada, u jgħaraf lil Iben Waħdieni t’Alla – Sidna Ġesu Kristu l-uniku Wieħed li jista’jsalvalek ruħek.

Ftakar, “Għax il-ġudizzju jkun bla ħniena għal min ma jurix ħniena; u l-ħniena tirbaħ fuq il-ħaqq”. Ġakbu 2: 13. Għax Kristu stess, jgħidilna ċar, "Min fostkom hu bla dnub jitfgħa hu l-ewwel ġebla." Ġwanni 8:7.

Il-paċi magħkom - aħwa Maltin u Għawdxin ta' Rieda Tajba!

Mattew 18: 6-7.
[6] "Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jemmnu fija, ikun aħjar għalih li jdendlulu ma' għonqu ġebla tat-tħin minn dawk li jdawwru l-ħmir, u jgħarrquh f'qiegħ ta' baħar. [Mt:18:7] Ħażin għaliha d-dinja minħabba l-iskandli! Għax jeħtieġ li l-iskandli jsiru, imma ħażin għalih dak il-bniedem li minħabba fih isiru l-iskandli.

1 Tessalonkin 4: 1- 8,
Fl-aħħar, ħuti, intom tgħallimtu mingħandna kif għandkom timxu biex togħġbu lil Alla, kif tabilħaqq qegħdin iġġibu ruħkom; aħna f'Sidna Ġesù nitolbukom u nħeġġukom biex tagħmlu xi ħaġa iżjed. [2] Tafu x'tagħlim tajniekom permezz ta' Sidna Ġesù.[3] Dan irid Alla minnkom: il-qdusija tagħkom, li titbiegħdu miż-żína, [4] u li kull wieħed minnkom iżomm 'il ġismu fil-qdusija u l-ġieħ, [5] u ma jħallix il-passjoni tegħlbu bħall-pagani li ma jagħrfux lil Alla. [6] F'din il-ħaġa ħadd ma għandu jagħmel tort jew ħsara lil ħuh, għax il-Mulej jaf jitħallas ta' dan kollu, kif ġa għednielkom qabel u tajniekom xhieda. [7] Għax Alla ma sejjħilniex biex ngħixu fiż-żína, imma fil-qdusija. [8] Għalhekk min iwarrab dan it-tagħlim, ikun iwarrab mhux lill-bniedem, iżda lil Alla li takom l-Ispirtu qaddis tiegħu.

1 Konrintin 6: 9-11,
Ma tafux li l-inġusti ma jirtuhiex is-saltna ta' Alla? La titqarrqux! La żienja, la idolatri, la adulteri, la effeminati, la omosesswali, [10] la ħallelin, la rgħiba, la skaren, la qassiesa fuq in-nies, la ħattafa, ma jirtu s-saltna ta' Alla! [11] U minn dawn kienu xi wħud minnkom. Imma issa tnaddaftu, tqaddistu u ġejtu ġġustifikati fl-isem ta' Sidna Ġesù Kristu u fl-Ispirtu ta' Alla tagħna.

Galatin 5:16-21.
[16] Jien ngħidilkom, imxu fl-Ispirtu u taqgħux għall-passjonijiet tal-ġisem. [17]Il-passjonijiet tal-ġisem huma kontra l-Ispirtu, u l-Ispirtu hu kontra l-ġisem; dawn it-tnejn huma kontra xulxin, biex ma jħallukomx tagħmlu dak li tixtiequ. [18] Jekk lilkom imexxikom l-Ispirtu, m'intomx taħt il-liġi. [19] L-għemejjel tal-ġisem huma magħrufa: żína, faħx, nuqqas ta' rażan, [20] idolatrija, seħer, mibegħda, ġlied, għira, korla, ambizzjoni, firda, partiti, [21] invidja, sokor, tbahrid, u ħwejjeġ bħal dawn. Nwissikom, bħalma wissejtkom qabel, min jagħmel dawn il-ħwejjeġ ma jiritx is-Saltna ta' Alla.