1 Korintin 12:12-13

"Bħalma l-ġisem hu wieħed u fih ħafna membri, u l-membri kollha tal-ġisem, għad li huma ħafna, jagħmlu ġisem wieħed, hekk ukoll Kristu. Għax aħna wkoll, lkoll tgħammidna fi Spirtu wieħed biex nagħmlu ġisem wieħed, sew Lhud sew Griegi, sew ilsiera sew ħielsa, u lkoll xrobna minn Spirtu wieħed"

Atti 19:3

Staqsiehom Pawlu, x'magħmudija ħadtu?"

Din il-mistoqsijja minn Pawlu l-Appostlu lil Efesin tirrifletti li bilfors kienu jezistu iktar minn tip ta' magħmudija waħda. Tajjeb li ngħidu li magħmudija waħda biss issalvalek ruħek. Din hija l-magħmudija ta' meta int issir Kristjan u spiritwalment tkun inaqgħadd mal-Ġisem spiritwali ta' Kristu, il-knisja universali li ssib l-identita tagħha fi Kristu nnifsu. Din hija l-unika magħmudija li taħsillek dnubietek permezz tad-demm qaddis ta' Ġesu. -1 Ġwanni 1:7.

Magħmudija ta' l-Ilma hija sinjal minn barra bħala testimonjanza ta' dak li jkun sar ġewwa fik spiritwalment- meta twelidt mill-ġdid. F'din it-tip ta' magħmudija inti ikollok l-unur biex tixhed publikament dak kollu li issa ifisser għalik Ġesu.

Magħmudija ta' l-Ispirtu s-Santu hija xi ħaġa differenti minn dik ta' l-ilma. Din il-magħmudija tirċevijha biex tirċievi qawwa fuq ħajtek mil-persuna ta' l-Ispirtu s-Santu (Atti 1:5,8. Atti 8:14-19, Atti 19:1-7).

Meta nħarsu lejn il-pattern tat-Testment il-Ġdid u b'mod speċjali l-Atti ta' l-Appostli, kull meta kien jinzel l-Ispirtu t'Alla fuq xi dixxipli ġodda fi Kristu, dawn kienu jimtlew b'qawwa, kuraġġ u anke jitkellmu b'doni tal-lingwi diversi; kemm dawk li jintgħarfu kif ukoll dawk li ma jintgħarfux. Dawn kienu wkoll isiru Kristjani qalbiena li jevanġelizzaw b'qawwa u bla biza'.

Peress li l-Bibbja titkellem fuq tlett tipi ta' mgħamudiji, illum f'dan l-artiklu ħa nitkellmu specifikament b'mod iktar dettaljat fuq il-magħmudija ta' l-ilma.

Qabel ma Gesu' tela' fis-sema ta lid-dixxipli tiegħu il-kmandament li għandhom imorru mad-dinja kollha u jippriedkaw u jxandru l-Evangelju tal-bxara t-tajba. Dawk kollha li jemmnu għandhom ukoll jiġu magħmmda f'l-ilma.(Kif naraw ċar fil-Bibbja li Ġesu stess kien magħmmed).Din il-bxara hija, 'li Alla ta 'l-mahfra tad-dnubiet lejn il-gnus/il-popli kollha tad-dinja' għal dawk kollha li jirċievu lil Ibnu Ġesu bil-fidi f'qalbhom'. Jigifieri li Alla m'għadux izomm il-kont tad-dnub kontrina minħabba dak li Ġesu għamel għalina quddiem Missieru, il-Missier Etern. Li ismu Hu Alla-YHWH! (Aqra Luqa 3:3, 2 Korintin 5:16-21).

U l-indiema u l-maħfra tad-dnubiet tixxandar f'ismu (f'Isem Ġesu) fost il-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalem (Luqa 24:47). Imma issa Alla takom il-ħajja flimkien ma' Kristu. Ħafrilna dnubietna kollha. Ħassar il-kont tad-dejn li kellna bl-obligi li kien kontrina; neħħieħ min-nofs u sammru mas-salib...bi Kristu! (Kolossin 2:13-15).

Dan ifisser li meta aħna jew xi predikatur ieħor jippriedka il-messaġġ tal-Vanġelu ta' Kristu(skond kif naraw ċar fl-ikrittura, u mhux skond it-tradizzjonijiet tal-bnedmin), fil-prattika li jkun qiegħed jagħmel, hu, li jkun qed ixandar lill-midneb li Alla il-Missier m'għadux l-għadu tiegħek u m'huiex kontrik! (2 Korintin 5:17-21, Gwanni 3:17,Luqa 9:56, Efesin 2:1-10).

Wara u mhux qabel, li wieħed jew waħda jirċievi lil Ġesu bħala s-Salvatur u l-Mulej ta' ħajjtu, għandu l-ewwelnet jitgħammdu f'l-ilma. Kull persuna li ssir Kristjani, meta ddur b'qalbha kollha lejn Ġesu, għanda tirċievu il-magħmudija ta' l-ilma kif ikkmanda Ġesu u bħal ma' Hu nnifsu irċieva fil-Ġordan! (Luqa 3:21).

Għalkemm simbolikament wieħed jew waħda jiħu mgħammda fejn ikun hemm hafna ilma, huwa importanti ħafna li wieħed għandu jagħraf li hu/hi issa ġew mgħammda fi Kristu. Jigifieri, fil-ġisem universali mistiku-spiritwali ta' Kristu, u mhux f'xi magħmudija ta' xi knisja partikolari; sew jekk hi Kattolika Rumana, Kattolika Ortodossa, Protestanta, Luterana, Battista, Pentekostali eċċ.

Fid-dinja teżisti Knisja waħda, għax il-Knisja hija il-ġisem spiritwali ta' Kristu u ġisem Kristu mhux maqsum f' ħafna iġsma. Jien nemmen li hemm ħafna gruppi jew kongregazzjonijiet veru, pero' Knisja waħda. Dawk kollha li emmnu u jimxu wara ir-Raj Gesu, huma kollha parti minn din il-knisja li hija waħda fl-Ispirtu Santu u fl-imħabba ta' Kristu (Efesin 4:1-4,Gwanni 17).

Tajjeb li ngħid li dawk li kienu jiġu mgħammda fl-ilma skond il-Kelma, f'l-Atti kapitlu 2 u 3 dawn kienu jingħaqdu ma Nsara/Kristjani oħra fejn kienu jkomplu jikbru fit-tgħalim tal-Kelma u l-qsim tal-ħobz (tqarbin).

Id-dixxipli kienu ġeneralment jitgħammdu fil-pront, wara eżatt li kienu jduru b'qalbom kollha lejn il-Mulej! Dan kien ikun bħala l-ewwel sinjal drastiku li kienu jieħdu bħala dikjarazzjoni li huma issa ta' Ġesu u Hu sar tassew is-Sid tagħhom.

Għalhekk meta nħarsu lejn il-Kelma t'Alla naraw li minn Ġerusalem u mad-dinja kollha, id-dixxipli bdew ixandru il-Vanġelju ta' Kristu; il-Vanġelju, il-bxara t-tajba li "d-dnubiet tiegħek huma KOLLHA maħfura u speċjalment dak id-dnub li int twelidt bih, id-dnub tan-nisel u id-dnubiet kollha li int qatt stajt għamilt. Il-magħmudija hi xi ħaġa ħafna iktar minn sempliċiment simbolu ta' ubbidjenza għal kmandament ta' Ġesu; hija dikjarazzjoni li issa il-passat tagħna għadda u spiċċa u miet u hija wkoll dikjarazzjoni importanti li issa aħna kreaturi ġodda fi Kristu bil-grazzja tiegħu. Issa ħajjitna hija ħajja ġdida ta' twelid ġdid, twelid mis-smewwiet. Sirna bħal Kristu! (Rumani 6:1-5). Basikament skond l-iskrittura.

X'inhi l-magħmudija?

Il-Kelma magħmudija ġejja mil-kelma bil-grieg 'batizo' li tfisser : Li tinżel u titgħatta taħt l-ilma u terġa toħroġ minnu kompletament nadif (bħal ma' hu submarine li tfsser taħt il-baħar, sub way li tfisser taħt it-trieq hekk wkoll il-magħmudija-'taħt l-ilma')

Tfisser wkoll li spiritwalment inti sirt persuna ġdida. Il-persuna qadima għaddiet, mietet u spiċċat u ‘ssamret mas-salib. Issa qed tgħix ħajja ġdida fi Kristu u ma' Kristu (Galatin 2:20, 2 Korintin 5:17-21, Rumani 6:1-14).

Xi tfisser magħmudija tat-trabi?

Matul iż-żminijiet il-poplu t'Alla daħħal ħafna tradizzjonijiet. Dan speċjalment peress li għal ħafna sekli il-Bibbja kienet tinqara u tiġi segwuta ftit li xejn, u għalhekk l-opinjonijiet spiċċaw "dutrina' li ħadu post il-Kelma t'Alla. Dawn spiċċaw li biex izommu it-tradizzjoni tagħhom warrbu ħelu ħelu il-Kelma t'Alla. [Dan apparti li ma ċertu tradizzjonijiet li ħafna jipprattikaw hemm ħafna flus fin-nofs u interess kummercjali] (Ara Kolossin 2:8, Mark 7:6-13).

It-trabi xorta waħda jmorru il-Ġenna jekk imutu żagħar u għalekk il-Mulej qallilna, ħallu lit-tfal jiġu għandi, għax tagħhom hija is-saltna tas-smewwiet.

Raġuni oħra il-għaliex it-trabi xorta jmorru l-Ġenna jekk imutu f'eta żgħira hi għax skond il-Bibbja il-bniedem isir kontabbli (accountable) u responsabbli għal dnubietu meta jasal f'ċertu eta ta' konoxxenza (għal Lhud wieħed isir raġel jew mara għal madwar l-eta ta' 12 il-sena). Meta l-bniedem jimmatura u jsrir adult dan isir responsabbli quddiem Alla u għalhekk irid jiġi minnu nnifsu li jdur lejn Alla u jitgħammed b'deċizjoni tiegħu nnifsu (Ara Rumani 2:12-16, Rumani 5:13).

Skond il-Bibbja, fil-bidu tat-twaqqif tal-Knisja ta'Kristu, il-magħmudija dejjem kienet għal dawk li kienu kbar u kienu jafu x'inhuma jagħmlu. Din baqgħet tiġi "pprattikata hekk għal ħafna tul ta' snin. Infatti il-ktieb li għanda fil-Bibbja li jismu, Atti ta' l-Appostli hu rekordju ta' l-ewwel 20/30 sena ta' mit-twaqqif tal-Knisja Kristjana qabel ma ġiet imħallta u influwenzata b'ħafna riti pagani u anti-skritturali!

Meta kont tarbijja tgħammidt jew inkella GĦAMDUNI, din mhux bizzejjed?

Għalkemm din fiha nnfisha ma tagħmel l-ebda deni per se' pero m'hiex biżżejjed għax Alla jrid li kull persuna tagħżel għalija nnfisa b'deċiżjoni minn qalbha għax tassew trid hi. Dan hu l-ewwel kmandament lil kull Kristjan ta veru (Mark 16:15-17).

Nista' ma' nkunx mgħammed f'l-ilma u xorta nkun salvat?

Il-ħalliel it-tajjeb ma kellux ċans jitgħammed qabel ma miet pero xorta rebaħ is-saltna tal-ħajja ta' dejjem f'l-aħħar minuta ta' ħajjtu peress li nidem u għaraf lil ĠESU bħala Il-Mulej u s-Salvatur tiegħu (Luqa 23:39-43).

Il-Mulej xorta waħda irid li kull dixxiplu tassew tiegħu jobdi għal l-ewwel kmandament tiegħu li waqqaf Hu għal kull min irid tassew ikun dixxiplu tiegħu tajjeb billi jimxi fuq il-Kelma tiegħu. Jekk aħna ma' nitagħmmdux għax speċifikament ma' rridux nodbuH, inkunu f'ribelljoni u jien personalment ma nafx kif dixxiplu tassew jista jimxi f'ribeljoni kontra kmand daqshekk bażiku ta' Sidu, jekk hu tassew jkun sar veru Kristjan minn qalbu. Inti l'Alla trid toggħob u mhux lil bniedem! (Ara Gwanni 12:42-43).

Kemm il-darba nista' nitgħammed?

Darba bizzejjed pero l-iktar ħaġa "mportanti hi li jien inkun għamilta minn qalbi għax inħobb lil-Ġesu u għandi relazzjoni intima miegħu. Il-Bibbja ma' tgħid xejn fuq kemm il-darba wieħed jista' jitgħammed pero' il-fehma hi, li darba hija bizzejjed.

Min jista' jitgħammed?

Kullħadd jista jitgħammed pero' basta jkun sar dixxiplu mill-qalb u jixtieq isegwi lil-Ġesu' f'relazzjoni personali. Dan jurieħ b`l-ewwel pass ta' ubbidjenza billi jirċievi il-mgħamudija (Mattew 28:18-20, Mark 16:15-17, Atti 2:35-37).

Min jista' jgħammed?

Kull min Hu mexxej fil-Knisja ta' Kristu, dak li jmexxi "l poplu t'Alla jista' jgħammed. Dawn fil-Bibbja jissejħu Evanġelisti, Presbiteri, Rgħajja, Appostli, Profeti eċċ... (Aqra 1 u 2 Timotju, Atti, u Efesin 4:10-11).

Skond Mark 16:15-17, u Mattew 28:18-20 kull min hu dixxiplu veru ta' Kristu wkoll jista jgħammed. Huwa Ġesu li jagħti l-awtorita u li jsejjaħ warajH mħux il-bniedem! (Ara Atti 2:38-39).

Fl-aħħarnett il-magħmudija għixa kulljum billi tkompli tgħix għal Ġesu u kull ma jrid Hu u mhux dak li trid int jew li tgħidlek rasek. Aqra il-Bibbja ta' kulljum u ingħaqad ma' għaqda Kristjana fejn titgħallem il-Kelma biex titbierek u tkun ta' barka għal ta' madwarek. Imxi ta' kulljum f'l-imħabba ta' Kristu ma dawk kollha li Alla jġieblek fi triqatek u obdi il-Kelma tieghU (Filippin 3).

Bħala nota personali ninkoraġġik għażiż ħabib fi Kristu, biex ma tħalli lil ħadd jisraqlek din l-esperjenza tant qaddisa u intima. L-esperjenza ta l-opportunita li tixhed pubblikament għal Kristu Sidek permezz tal-magħmudija ta' l-Ilma.

Category: Articles - Tags: maghmudija, maltese, malti, baptism