Għalhekk jiena issa nistqarr minn qalbi li Ġesu' Kristu Hu il-Mulej u l-Iben ta' Alla u Hu biss Hu s-Salvatur tiegħi. Nemmen li int Ġesu' bagħtejt għalija, mitt minfloki fuq is-salib, u ħallast il-prezz bis-sħieħ meħtieg biex takkwista għalija l-maħfra ta' dnubieti kollha, sabiex jiena personalment nista nesperjenza l-Ħajja ta' dejjem.

Ġesu', nitolbok issa stess biex tigi tgħix f'qalbi u timlieni bil-presenza ta' l-Ispirtu Qaddis tiegħek. Agħtini l-qawwa, O Mulej li nimxi miegħek, li nservik u nħobbok tul ħajti kollha. Mulej Alla, Inti tajt l-aħjar għalija, għinni biex jiena wkoll nagħtik l-aħjar f'kollox matul ħajti. Bħalma Inti O Ġesu' mitt għalija, minn issa "l quddiem irrid ngħix għalik sa kemm ningħaqad miegħek għall-Eternita' kollha. F'Isem Ġesu' Kristu nitlob dan.

Grazzi Missier ta' l-imħabba tiegħek lejja u talli bgħadt lil Ibnek Ġesu' f'din id-dinja biex permezz tiegħu jien ikolli is-salvazzjoni. Minn dan il-jum il-quddiem jien issa naf li jien salvat bis-saħħa tiegħek u mhux bis-saħħa tiegħi. Jien twelidt mill-ġdid permezz ta' lis-Spirtu s-Santu u l-Kelma mqaddsa tiegħek. Missier, nemmen li l-ħajja t'Alla daħlet fija bil-grazzja u permezz tal-fidi tiegħi. Id-dnubiet tiegħi kollha ġew maħsula bid-demm għaziz ta' Ġesu' Kristu u permezz tas-sagrificcju tiegħu jien sirt ħlejqa ġdida. Jien iben/bint ir-Re! Grazzi Missier tad-demm li xerridt għalija permezz ta' Ibnek Ġesu' Kristu.(Efesin 2.8-9, Titu 3.4-5)

Grazzi Missier ta' l-imħabba kbira li għandek lejja! Jien ngħid "IVA' għal Ġesu' u għar-rieda t'Alla f'ħajti, u ngħid "LE' lix-xitan u niċħad ir-rieda tiegħu f'ħajti. Niċħad kull xorta ta' spirtu ħazin u qarrieq minn fuq ħajti f'l-isem potenzjuż ta' Ġesu'. Jien rebbieħ/rebbieħa fuq kull ħaġa li tiġi f'ħajti għaliex issa jiena fi Kristu u Kristu fija! Ix-xitan m'għandu' l-ebda qawwa u awtorita iktar fuqi għax jien ta' Ġesu'.(1 Korintin 15.57, 2 Korintin 2.14, Filippin 4.13)

Grazzi O Missier Alla tat-tjubija kbira li wrejt lejja. F' Isem Ġesu' Kristu Ibnek, nitlob dan. Amen. (Salmi 103)

Category: Articles - Tags: salvation, salvazzjoni, malti, maltese, prayer, talba