Overview for Ġesu

  • Ġodda Fi Kristu

    Ħafna nies, meta permezz tal-grazzja t'Alla jiġu salvati u jduru lejn Alla permezz ta' Ġesu Kristu, ma jirrealizzawx x'miraklu kbir ikun għadu kif ġara f'ħajjithom. Ftit li xejn jirrealizzaw tassew x'wirt kbir ikunu għadhom kif wirtu spiritwalment fil-ħajja tagħhom. Dan jiġri l-mument li jkunu għadhom kif twieldu mill-ġdid (Ġwanni 3:1-8).

    Jekk tinnota sew l-iskrittura Mqaddsa tgħidilna li meta naċċettaw lil Kristu Ġesu bħala Sidna u s-Salvatur tagħna, aħna minn ġewwa ma nibqawx iktar dik l-istess persuna li konna ftit mumenti qabel. Infatti issa sirna kreatura ġdida, imwieldin mill-ġdid, sirna persuni ġodda spiritwalment (2 Korintin 5:17-18).

    Ejja ngħatu ħarsa lejn il-Kelma t'Alla:

  • Ġesu ħa l-Korla t'Alla Għalina

    Ġmiel ta' pridka fuq it-tqarbin.

  • Aljeni (Aliens): Il-Kristjani m'humiex biss umani!

    Id-dinja qed tiġi invaduta minn Aljeni. - Pastor Dr.Gordon-John Manche