Ġesu u l-ħalliel it-tajjeb
F'dan il-jum nixtieq inkellimkom fuq dak li ġara fuq is-salib bejn Sidna Ġesù
Kristu u dak li nsejħu l-ħalliel it-tajjeb. Hemm ħafna għarfien f'din is-silta,
għarfien li meta jinżel fil-qalb bħala revelazzjoni jeħles mil-madmad u d-dubju li
jista jkollok fuq is-Salvatur u s-salvazzjoni tant kbira li Hu biss jista joffri.
Niftakru li kienu tnejn u mhux wieħed li kienu msalbin ma' Ġesù u fil-Vanġelu
ta' Mattew u ta' Marku jgħidu li l-ħallelin it-tnejn kienu qed iżżebbilħu lil Ġesù.
Mattew 27:38, 44
Imbagħad miegħu sallbu żewġ ħallelin, wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq
ix-xellug. U bl-istess mod bdew imaqdruh ukoll il-ħallelin li kienu msallbin
miegħu.
Marku 15:32
[32] Ħa jinżel issa l-Messija, is-sultan ta’ Iżrael, minn fuq is-salib biex aħna
naraw u nemmnu!” U dawk li kienu msallbin miegħu bdew imaqdruh huma
wkoll.
Imma ġara xi ħaġa, xi ħaġa li ħafna għadhom jesperjenzaw anke fiż-żmien li
aħna qed ngħixu llum. Din il-ħaġa li kull Kristjan segwaċi ta’ Ġesù jaf li hu
l-Ispirtu s-Santu t’Alla li jitfa konvinzzjoni fil-qlub wara li aħna jkollna nkontru
ħaj ma Ġesù permess tal-Kelma Qaddisa tiegħu biex kull wieħed u waħda
minnha nkunu miftuħin sabiex nirċievu l-grazzja li niġu lejn l-uniku mezz li
nistgħu nsallvaw. L-uniku mezz li hu Ġesù Kristu.
Il-ħaġa li ġrat kienet li wieħed mil-ħallelin kellu bidla f’qalbu u beda jara li Ġesù
ma ħaqqux inkun hemm magħhom. Dan li kien Lhudi mgħallem għajn għal
għajn u sinna b'sinna, ra lil Ġesù jaħfer lil dawk li kienu salbuh u lil
ħalliel l-ieħor li ma waqafx iżżeblah lil Ġesù qallu dan il-kliem:
Luqa 23:39-41
Wieħed mill-ħatjin li kienu msallbin miegħu beda jgħajru u jgħidlu: “Int
m’intix il-Messija? Salva lilek innifsek u lilna.” Imma qabeż l-ieħor, ċanfru u
qallu: “Anqas minn Alla int ma tibża’, int li qiegħed taħt l-istess kundanna?
Tagħna hija ġusta, tassew, għax qegħdin nieħdu li ħaqqna ta’ kulma għamilna;
imma dan ma għamel xejn ħażin.”
L-ewwel revelazjoni li naraw hawn hi li Ġesù ma ċanfrux lil dan li sejjaħlu Alla.
Il-Lhud kienu jafu l-Kmandamenti bl amment u għalhekk kien ikun ksur ta’
l-ewwel kmandament kieku Ġesù ma kienx Alla li dan sejjaħlu.
Wara dan F’Luqa 23:42 naraw li il-ħalliel dar fuq Ġesù u qal dan il-kliem
LUQA 23:42
Imbagħad qal: “Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-Saltna tiegħek.”
U vers 43
U Ġesù wieġbu: “Tassew ngħidlek, illum tkun fil-Ġenna miegħi.”
Illum? Kif illum? Mela ma rridx immur il-purgatorju l-ewwel?
Ħbieb imkien fil-Bibbja ma jissemma l-purgatorju, kieku dan veru jeżisti u int
trid b’xi mod tagħmel xi ħaġa biex issalva minbarra milli tafda f’Ġesù, dan ikun
iffisser li dak li għamel Ġesù fil-passjoni mqaddsa tiegħu ma kienx biżżejjed.
Dan kieku ifisser li il-prezz Ġesù ma ħallsux kollu meta l-fatt hu li qabel miet Sidna Ġesù qal
“Kollox mitmum” li tfisser il-ħlas biex ikollna aċċess għal ħajja ta’ dejjem sar u
hu miftuħ għal kull min jagħmel b’deċiżżjoni lil Ġesù s-Sid u s-Salvatur tiegħu.
Tibqax tafda li inti tajjeb, għax meta tibqa sa l-aħħar tafda fit-tjubija tiegħek
innifsek tintilef. Fil-Ġenna ma' hemm ħadd hemm għax hu tajjeb imma dawk
biss li afdaw fi tjubija ta’ Ġesù, ċaħdu lilhom infusshom u segwew lilhu f’din
il-ħajja.
Hawn naraw xi ħaġa oħra, meta kont fir-reliġjon tad-traduzzjonijiet kien hemm
talba li konna spiss ngħidu, it-talba tas-sliema għalik Marija. Fit-tieni parti
hemm silta fejn konna nitolbu lil Maria biex fis-siegħa tal mewt tagħna tkun hi li
titlob għalina. Issa, jekk hemm wieħed fil-Bibbja, li Maria kienet hemm
quddiemu, ħajja u mhux mejta u dan kien fis-siegħa tal mewt tiegħu, dan kien
dan il-ħalliel it-tajjeb li kellem BISS lil Ġesù u l-Mulej kellmu lura, dan ma
bagħtu għand ħadd u dan jispjegaħ sewwa ħafna San Pawl fl-ewwel epistola
lil Timotju:
1 TIMOTJU 2:5
Għax wieħed hu Alla, u wieħed hu l-medjatur bejn Alla u l-bniedem,
il-Bniedem Kristu Ġesù
Il-medjatur bejn Alla u l-bniedem għarfu sew dan il-ħalliel li salva billi hu għaraf
lil Ġesù bħala l-uniku mezz għas-salvazzjoni tiegħu - Ifhem din: Ma kienx
hemm wieħed ma' Ġesù imma żewġ ħallelin, it-tnejn li huma semgħu l-istess
kliem, wieħed salva u l-ieħor intilef.
Int ma min se tappartjeni? Issa f’idejk u Alla dejjem se jonora d-deċiżżjoni tiegħek.
Kellmu llum stess, ejja lejn dak li jista jsalvak, jagħmlek ħolqien ġdid meta int
titlob dan b’indiema ġenwina. Ibda relazzjoni ħajja ma Ġesù permess ta’ l-Ispirtu qaddis tiegħu, aqra
l-Bibbja u ingħaqad ma xirka fejn il-Kelma t’Alla tiġi mxandra mingħajr
kompromess. Jekk ma tafx fejn tista tmur ejja ngħaqqad magħna ġewwa River of Love,
Gudja Road, Ħal Għaxaq. U dan nista nirrikonandaħ għax ilni mmur hemm
għal tlettax il-sena mingħajr waqfien.
TALBA:
Nitlob l-ħniena t’Alla fuq kull min jaqra din is-silta, nitlob lill-Ispirtu s-Santu għal
konvinzzjoni u revelazjoni biex jaqaw l-ktajjen tar-reliġjon falz minn fuq kull
Malti u Għawdxi biex il-Kristjaneżmu li San Pawl ġab fuq dawn il-gżejjer ikun
dak li kollha kemm aħna nsegwu u lilhu biss.
F’isem Ġesu Kristu nitlob dan.
Amen.
By Minister
Mario Debono
"Imbagħad qal: “Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-Saltna tiegħek.” U Ġesù wieġbu: “Tassew ngħidlek, illum tkun fil-Ġenna miegħi.”"
Luqa 23: 42-43
River of Love Christian Fellowship, Gondolier, Tarxien Road, Għaxaq, GXQ 2902, Malta, (EU)
Mobile: +356 9923 9132
Phone: +356 2748 3748
riveroflovemalta@gmail.com
Proclaiming A Living Christ To A Hurting World!
© Copyright 2025 - River Of Love Christian Fellowship - All Rights Reserved